Il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin ma jistgħux jafdaw Partit Nazzjonalista li jmur kontra dak li jkun għadu kif qal.
Ġimgħa ilu, Ryan Callus mera lil Marthese Portelli u qal li hu se jibqa membru fuq l-Awtorita’ tal-Artijiet biex jassigura trasparenza.
Issa rriżenja u bħala ġustifikazzjoni ġab deċiżjoni li ttieħdet f’Awwissu li għadda.
Dan jagħti daqqa ta’ ħarta kbira lil kwalunkwe kredibbiltà li seta’ kellu l-Partit Nazzjonalista, anke jekk meta wieħed jitkellem dwar artijiet, ftit li xejn seta’ kellu wara dak li għamel Jason Azzopardi, kif ikkonfermat minn rapporti differenti tal-Awditur Ġenerali.