Valletta ser jkollhom jgħaddu mingħajr id-difensur Joseph Żerafa kif ukoll l-attakant Ibrahim Reid Saleh għad-decider tas-Sibt kontra Hibernians wara li ġew sospiżi mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA.
Żerafa ġie sospiż 3 logħbiet filwaqt li Saleh ġie sospiż logħba wara li tkeċċa fil-logħba ta’ nhar is-Sibt kontra Hamrun Spartans. Anke l-plejer ta’ Hamrun Wilfried Domoroud gie sospiż 3 logħbiet. Caetano Calil u Matthew Gauci ta’ Ħamrun ukoll gew sospiżi logħba kull wieħed.
L-agħar li mar kien il-plejer ta’ Balzan Elkin Serrano Valero li ġie sospiż 6 logħbiet wara li ukoll tkeċċa fil-logħba kontra Hibernians.
Zachary Brincat ta’ Mosta u Yannick Yankam ta’ Qormi ġew sospiżi logħba kull wieħed.