Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul Diċembru li għadda l-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’aktar minn 400 ruħ jew bi 18.6% meta mqabbel ma’ Diċembru tal-2017.
Iċ-ċifri pprovduti mill-aġenzija Jobs Plus juru li matul Diċembru kien hemm tnaqqis ta’ 409 persuni minn fuq l-ewwel parti u żieda ta’ 7 persuni minn fuq il-kotba tal-qgħad biex issa l-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu għal 1,775.
L-NSO qal li l-qgħad naqas fost il-kategoriji kollha għajr għal dawk li għandhom taħt l-20 sena li żdiedu b’erbgħa.
Joħroġ ukoll li l-akbar tnaqqis fil-qgħad kien irreġistrat fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena.
L-istatistika turi wkoll li matul Diċembru l-qgħad fost il-persuni b’diżabilità naqsu b’75 u niżlu għal 225.
2018 closed with the lowest number of unemployed persons since data started being compiled in #Malta in 1965. We managed to slash #unemployment by 75% in 6 years -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) January 25, 2019