Il-membru Parlamentari Ingliż Amber Rudd rriżenjat mill-kariga tagħha bħala l-whip tal-Konservattivi.
Hi qalet li ma tistax tibqa’ ma tagħmel xejn filwaqt li l-konservattivi moderati qed jiġu mkeċċija.
Hi spjegat kif hi ma għadiex temmen li l-għan ewlieni tal-Gvern kien li jitilqu mill-Unjoni Ewropea bi ftehim.
Sostniet kif it-tkeċċija ta’ 21 membru parlamentari konservattiv hu attakk fuq id-demokrazija.