Kienu diversi persuni, fosthom għadd ta’ anzjani minn djar tal-anzjani, li ġew msaħħra bid-daqq tal-instrument akkordjin, li lbierah nagħta l-aħħar spettaklu tal-ewwel festival tax-xorti tiegħu li għaqqad għadd ta’ akkordjinisti Maltin għal għan wieħed.
L-ewwel kunċert ittella’ t-Tnejn li għadda, fejn dan sar quddiem il-Kunsill tal-Imsida filwaqt li lbieraħ ittella fil-lokalità tal-Pietà.
Kull parteċipant ingħata tifkira ta’ dan il-kunċert u kif ukoll ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.
Il-kunċert kien magħmul minn 20 akkordjinist fejn bid-daqq huma saħħru sala mimlija nies. Għalkemm dawn il-kunċerti kienu tal-ewwel xorti tagħhom, ir-rispons kien wieħed pożittiv hekk kif kienu bosta li ħeġġew lill-organizzaturi biex jerġgħu jorganizzaw kunċerti ta’ dan it-tip fiż-żmien li ġej.
L-organizzaturi qalu li dan il-festival sar biex jgħaqqad kemm akkordjonisti anzjani u kif ukoll żagħżagħ għal għan wieħed, l-għan li jsir aktar għarfien f’Malta dwar id-daqq tal-instrument akkordjin.