Ftit tal-ħin ilu, il-Ministru Konrad Mizzi għadu kemm għamel it-tieni libell li ddikkjara li ser ikun qed jagħmel fis-sigħat li għaddew u talab li l-każ jinstema’ b’urġenza l-Qorti.
Dan il-libell sar b’rabta ma’ allegazzjoni falza oħra li saret minn Daphne Caruana Galizia fejn allegat li saru trasferimenti ta’ somom kbar ta’ flus minn kumpanija ta’ Laeyla Aliyeva u li ddeskriviet bħala loan payments.
Kif dejjem iddikkjara l-Ministru Konrad Mizzi, u kif ikkonfermat mill-audit indipendenti li sar minn Crowe Horwath, dan jikkonferma li qatt ma kien hemm kontijiet bankarji, u li qatt ma kien hemm tranżazzjonijiet mit-trust u mill-kumpanija.
Għaddew jiem sħaħ minn mindu saru allegazzjonijiet fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi li ġew miċħuda b’mod immedjat u permezz ta’ libelli.