Twenty2Sixty huwa programm televiżiv ġdid miġjub mid-Danusan, programm fejn Daniel u Sander ser ikunu qed jippruvaw jifhmu aktar moħħ il-mara!
L-etajiet tan-nisa jvarjaw bejn l-20 u s-60 sena. Din il-firxa ta’ etajiet se tkun qed tirrifletti aħjar is-soċjetà u għalhekk ikun hemm riżultati aħjar fl-esperimenti. Maya Scerri se tkun qed tirrappreżenta lin-nisa kollha li għandhom ‘il fuq minn għoxrin sena u l-bidu tat-tletinijiet. In-nisa li għandhom bejn nofs it-30 sena u nofs l-40 sena se jkunu rrapreżentati minn Diana Cassar Bonnici, filwaqt li Mary Grace hija r-rappreżentanta tan-nisa sal-età ta’ 60 sena.
Maya, Diana u Mary Grace se jagħtu l-perspettiva tagħhom dwar għaliex in-nisa jdumu biex jippreparaw għal xi avveniment u għaliex jagħżlu li jilbsu ħwejjeġ ikkumplikati. Twenty2Sixty se jiddiskuti wkoll suġġetti relatati ma’ saħħet tan-nisa u s-sigurtà tagħhom. Fuq medda ta’ 13-il episodju, se nifhmu dak li jagħti l-kunfidenza u xi jsaħħaħ lill-mara billi nistaqsu lill-parteċipanti settijiet ta’ mistoqsijiet u numru ta’ sfidi li huma mfassla b’mod biex jiksbu perspettiva aktar ċara.
Twenty2Sixty, kull nhar ta’ Erbgħa fid-9pm fuq ONE