Daniz ta’ sebgħa u għoxrin sena ntbagħat tmintax-il xahar ħabs sospizi għal tmintax-il xahar wara li ammetta li għamel ħsara fuq sbatax-il karozza li kienet ipparkjata fis-Swieqi.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Michael Vella u Roderick Attard spjegat li l-każ ġara nhar il-Ħadd li għadda, meta kien fis-sakra, m’obdiex mill-ordniet tal-uffiċjali tal-Pulizija u kif kiser il-paċi pubbliku.
Intqal ukoll kif l-akkużat ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija, waqt li fil-Qorti l-Avukata tal-akkuzat sostniet li l-klijent jisgħobih għal dak li għamel u se jħallas l-ispejjez kollha li kkawża lill-vittmi.