Danilo Scolari ta’ 42 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija.
Il-Pulizija qalet li huwa deher l-aħħar fil-20 ta’ Novembru li għadda, fl-inħawi tal-Port il-Ħieles, f’Birżebbuġa u kien liebes wetsuit camouflage.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija appellat biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.