Daniel Muka tpoġġa taħt att ta’ akkuża għall-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski.
Dan wara li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali talab biex dan jitpoġġa taħt att t’akkuża aktar kmieni fil-jum tal-Ġimgħa.
Muka huwa akkużat li fit-tmintax t’Awwissu tal-elfejn u għoxrin kien parti minn serqa fid-dar ta’ Pandolfino u Maciejowski, liema serqa wasslet għall-qtil tal-istess koppja.
Miegħu hemm ukoll akkużati d-Daniż Jesper Kristiansen u Viktor Dragomanski mill-Maċedonja.
Fil-każ ta’ Dragomanski, dan mistenni jitpoġġa taħt att t’akkuża nhar it-Tnejn.