Wara 12-il xahar, inħeles mill-arrest Daniel Joe Meli li wieġeb mhux ħati, għall-akkużi ta’ bejgħ ta’ malware illegali fuq id-dark web u servizzi ta’ mentoring fuq hack forum.
Fil-Qorti huwa ddikjara li mhux se jagħti l-kunsens tiegħu għall-estradizzjoni u qed jikkontesta l-istess proċedura.
Il-Qorti laqgħet it-talba għal ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonjiet, fosthom li jiffirma l-għassa ta’ Ħaż-Żabbar kuljum, li ma joħroġx bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u s-sitta ta’ filgħodu, filwaqt li jiddepożita’ is-somma ta’ €8,000 u garanzija personali ta’ €20,000. Dan filwaqt li l-ġenituri ta’ Meli se jkunu qed jogħqodu terz garanti għalih bis-somma ta’ €5,000 kull wieħed.
Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Mario Cushieri u l-Ispettur Robinson Mifsud, filwaqt li d-Difiża hi mmexxija mill-Avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi u Marion Camilleri.