Daniel Holmes minn Wales li ngħata sentenza ta’ 10 snin priġunerija għat-traffikar tal-kannabis inħeles mill-ħabs u mistenni jingħaqad ma’ familtu f’Wales.Holmes, li għandu 28 sena u kien qed jgħix Għawdex, ingħata sentenza ħabs u multa ta’ €23,000 fl-2011, wara li hu u ħabib tiegħu inqabdu b’pussess ta’ ħames pjanti kannabis u 28 żerriegħa.
Fil-Qorti ingħad li l-Pulizija sabet ammont ta’ kannabis ippakjata f’boroż, prova li kien hemm il-ħsieb li din tkun ittraffikata. Dan minkejja li Holmes baqa’ jinsisti li l-pjanta kienet għall-użu personali tiegħu u ta’ sieħbu.