Ilbieraħ ħabbarna li De La Rue se tkun qed iżomm il-proċess tal-istampar tal-flus f’pajjiżna wkoll biex kuntrarju għal dak imħabbar diversi xhur ilu d-De La Rue mhux se tnaqqas impjegati u lanqas toffri skemi ta’ rtirar kmieni. Minflok se tkun qed iżżid il-ħaddiema tagħha għal ħames mija.
Iktar kmieni din is-sena l-kumpanija ħabbret li se toħloq ċentru ta’ eċċellenza b’investiment ta’ €33,000,000 f’apparat ġdid u ħaddiema ġodda u iktar imħarrġa. Issa, bix-xogħol fuq iċ-ċentru ta’ eċċellenza avvanzat sew, d-De La Rue ddeċidiet li żżomm kollox hawn bħala parti minn dan iċ-ċentru.
Ta’ min isegwi din l-intervista mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Mario Galea.