Fit-tnejn u għoxrin ta’ Ġunju, fil-Valletta Cruise Port, se jidħol għall-ewwel darba l-cruiseliner Explora 1.
Dan il-cruiseliner huwa amministrat mill-MSC Group, li hija t-tielet l-akbar kumpanija tal-cruises fid-dinja.
Il-cruiseliners tal-Explora huma magħruf għas-sostenibbiltà li jħaddnu, għaliex jużaw teknoloġiji li jappoġġjaw l-ambjent, bħal dwal LED u magni li ma jagħmlu inqas ħoss taħt il-baħar.
Fuq il-vapur hemm diversi ristoranti u stabbilimenti tad-divertiment, flimkien ma’ pixxini u għexieren ta’ cabanas privati.
Dan il-vapur, twil 248 metru u wiesa’ 32 metru, jiżen 63,900 tunnellata u jħaddem 640 membru tal-ekwipaġġ.
Jivvjaġġa lejn diversi pajjiżi u kontinenti, fosthom in-naħa ta’ fuq tal-Ewropa, ir-Renju Unit, l-Iżlanda u Greenland, l-Amerka u l-Kanada, il-Karibew u l-Hawaii.