L-eks kandidat Nazzjonalista Salvu Mallia qal li Malta hija f’idejn il-ħamalli.
Mallia qal dan fuq ir-Radju tal-Knisja waqt il-programm ta’ Andrew Azzopardi, fejn qal li meta jara d-deċiżjonijiet li hu ma jaqbilx magħhom, huwa jasal fil-konklużjoni li Malta hija f’idejn il-ħamalli.
Salvu Mallia huwa fost dawk li jiġi mfittex mill-Partit Nazzjonalista sabiex jattakka lill-Gvern, fejn saħansitra għal darba darbtejn qal kliem ta’ mibegħda fil-konfront tal-Laburisti.
Dak li kien ġie deskritt minn Simon Busuttil, bħala star candidate, infexx diversi drabi jgħid lill-votanti Laburisti ma jixirqilhomx jibqgħu Maltin, u anke li l-Prim Ministru Robert Abela hu appoġġjat biss mill-injoranti.
Dan anke filwaqt li xtaq ‘id-deni kollu tad-Dinja’ lil Ministru Owen Bonnici.