“Il-Gvern kompla jimplimenta, pjan ċar li beda fil-leġislatura li għaddiet sabiex nkomplu nimmodernizaw l-pajjiż u issa nippreparaw lill-pajjiżna għall-futur.”
Qal dan il-Prim Ministru u Mexxejn Laburista Joseph Muscat f’intervent telefoniku fuq One Radio fejn kompla jispjega l-viżjoni tiegħu biex ikollna pajjiż li huwa lest għall-futur.
Ħidma li fost l-oħrajn hija ffukata sabiex l-infrastruttura sservina mhux biss għal-lum u għal għada imma għas-snin li ġejjin.
Hawn il-Prim Ministru ta eżempju bil-proġett tal-Junction tal-Kappara, fejn din il-ġimgħa bdew għaddejjin il-vetturi minn fuq il-fly over. Proġett fil-ħin u skont il-Baġit , li jrid iservi ta’ mudell għal kif isiru proġetti oħra.
Investimenti u proġetti li qed jiġbdu l-attezzjoni tal-investituri. Hawn il-Prim Ministru qal dan huwa Gvern pro-buisness u esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-kumpanija ġgant fid-dinja tal-assigurazzjoni, Starr, għażlet propju lil Malta biex jaħdmu wara Brexit. Kumpanija li l-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ magħhom f’Novembru illi għaddha.