Dan il-Gvern ma beżax jagħmel riformi, riformi li xprunaw sabiex il-Gvern ikollu suċċess ekonomiku. Malli l-gvern jieqaf jagħmel riformi u bidliet neċessarji l-ekonomija tistagna.
Iddikjara dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta indirizza lill-Kamra tal-Kummerċ Maltija.
Madankollu saħaq li l-Gvern irid jaħdem iktar, bl-innovazzjoni u l-bidla huma kunċett li l-Gvern ma jistgħa jieqaf qatt iħaddem.
Tkellem ukoll dwar ir-riforma li tħabbret ilbierah sabiex aktar nisa ikunu imħeġġa jidħlu fil-politika.
Dwar trasport tal-massa il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li trasport tal-massa bil-populazzjoni ta’ bħalissa hija possibli biss f’żona f’Ta’ Sliema. Filwaqt li qal li hemm pjan ta’ 25 sena sabiex pajjiżna ikollu sistema tat-trasport tal-massa .
Il-Prim Ministru temm billi qal li jrid ikollna diskussjoni sabiex naraw fejn pajjizna irid imur u jekk iridux li l-pajjiz jikber.