Il-Partit Laburista fi stqarrija sostna li dan il-Gvern irid li ssir ġustizzja fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Partit Laburista tenna li l-Gvern bl-ebda mod ma jrid li l-inkjesta titwaqqaf iżda li l-istess inkjesta għandha sseħħ b’mod spedit u abbażi tat-termini maqbula mal-familja Caruana Galizia.
Il-Partit Laburista fakkar li din hija l-ewwel darba li qed issir inkjesta quddiem tliet imħallfin li dwarhom kien hemm qbil anke mill-familja Caruana Galizia stess.
L-istqarrija kompliet tgħid li l-Gvern attwali ta bosta sinjali b’saħħithom permezz ta’ għadd ta’ deċiżjonijiet u riformi li ġew mfaħħra mill-istituzzjonijiet konċernati.
Il-Partit Laburista temm jgħid li jkun aħjar jekk il-proċess ikompli għaddej b’serenità biex issir ġustizzjoni minflok ikun hemm hemm telf ta’ żmien f’logħob politiku kkalibrat apposta biex ixekkel il-ħidma tal-Gvern.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/09/16/nies-tal-ghaqda-repubblika-jghajru-lill-pm-bhala-xadina/