It-talent Malti brilla f’serata fiċ-ċentru tal-Arti Bozar fi Brussell li mmarkat il-bidu tal-Presidenza Matija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
F’din l-okkażjoni, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tenniet li dan huwa żmien ta’ sfidi li fih irridu nsaħħu l-valuri Ewropej u d-drittijiet fundamentali tagħna, biex nissalvagwardjaw il-valuri li ngħożżu: ir-rispett, is-solidarjetà u d-dinjità.
Tkellmet dwar is-sejħa għal policies effettivi li jilħqu partikolarment lil dawk l-iktar vulnerabbli, biex il-ġid maħluq jasal għandhom ukoll
U rrimarkat li fost temi oħra, l-immigrazzjoni għandha tkompli tkun indirizzata, anke jekk is-suġġett mhux dejjem popolari ma’ kulħadd.
Dan kollu bil-għan li l-poplu Ewropew – minkejja d-differenzi tiegħu – ikun magħqud iktar minn qatt qabel, u l-membri u s-soċjetà jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.
Fuq kollox kien kunċert li emfasizza l-identità ta’ Malta Maltija, u Malta Ewropea.
Ritratt: Jeremy Wonnacott – DOI