Illum ġew mnedija Google Street View u Wonders of Malta matul id-Digital Assembly Expo li għaliha kien hemm preżenti l-Prim Ministru Joseph Muscat, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri u il-Ministru Owen Bonnici.
Fl-indirizz tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-ewwel ġurnata mingħajr tarriffi ‘roaming’ li kien propju introduċa għad-diskussjoni hu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew għaxar snin ilu u ġiet konkluża fil-Presidenza Maltija tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Huwa tenna kif it-tieqa għad-dinja ta’ barra f’pajjiżna kienet limitata f’dik li hija konnettività iżda d-diġitilizazzjoni bidlet il-pajjiż, b’aktar opportunitajiet u xogħolijiet. B’referenza għal tnejn mill-akbar industriji f’pajjiżna, s-settur tal-gaming u s-servizzi finanzjarji, l-Prim Ministru qal li dawn ma kienux ikunu possibbli mingħajr d-diġitilizazzjoni.
Il-Gvern Malti dejjem kien fuq quddiem nett f’dawk li huma ideat dwar l-ekonomija diġitali u dak li akkwistajna sa issa huma biss il-bidu. Il-Prim Ministru saħaq li rridu naħdmu flimkien hekk kif dan huwa ż-żmien li pajjiżna jkun katalist fl-ekonomija diġitali.
Some poetic justice in work started with others in @Europarl_EN a decade ago was concluded during @EU2017MT . Welcome to #RoamingFree EU -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) June 15, 2017