Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Louis Grech u s-Segretarju Parlamentari Ian Borg għadhom kemm niedew il-logo u l-prioritajiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-logo huwa r-riżultat ta’ ħidma minn studenti tal-MCAST, li wara li rċivew informazzjoni dwar il-Presidnza, issottomettew 29 disinn. Spikka dak ta’ Alexia Muscat, li għandu għeruq fondi fis-salib ta’ Malta. L-emlema hija faċilment assoċjata ma’ Malta, u tirrappreżenta numru ta’ aspirazzjoniiet, fosthom il-verità, il-fidi, l-indiema, l-umiltà, il-ġustizzja, il-ħniena, is-sinċerità u l-perserveranza.
Dan id-disinn ġie rfinat biex jirrifletti l-kontemporanjetà u l-progressività ta’ Malta, filwaqt li l-kunċett oriġinali ta’ Alexia Muscat ma ntesiex.
B’hekk bħala logo ghall-Presidenza għandna interpretazzjoni stilizzata tas-salib ta’ Malta, biex tinħoloq l-għaqda storika bejn il-valuri nazzjonali tradizzjonali, u l-unjoni multidimensjonali li attwalment tikkaratterizza l-UE.
Dawn huma il-prioritajiet tal-Presidenza