Id-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers Association, Joe Farrugia, qal li il-fatt li Mata għandha t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, juri kemm l-ekonomija Malta qed tikber.
F’kummenti ma’ one.com.mt Farrugia ddikjara: “Nafu li ħafna kumpaniji qed ifittxu n-nies u mhux isibu. U hawn nuqqas ta’ nies f’diversi setturi. Il-qgħad ilu jitbaxxa u għalhekk għamilna proposti biex barranin li jridu jaħdmu Malta l-proċedura tkun simplifikata.”
Fid-dawl li huwa s-settur privat il-mutur ewlieni li joħloq l-impjiegi f’pajjiżna Farrugia jappella biex iktar riżorsi jkunu indirizzati lejn dawn it-tip ta’ kumpaniji.
“Dan huwa sinjal li l-ekonomija qiegħda tikber u importanti li jkun hemm riżors uman li jkun available għas-settur privat iktar milli s-settur pubbliku,” qal Farrugia.