“Għażiża Elisa, ġejjin intuk l-aħħar tislima, għal Mattea żgur li dan hu l-aħħar ritratt li għandkom flimkien. Dan kien bagħtuli l-papa jumejn qabel l-inċident fejn xtaq juruni kemm kontu qed tieħdu gost u fejn dakhinar kien ser jerġa jeħodkom. Imma sfortunatament il-Bambin kellu triq oħra għalik. M’għandix dubju li qegħda f’post aħjar minn hawn, ħu ħsieb lill-Mamma, Papa u Sara”
Kliem missier ħabiba ta’ Elisa, iċ-ċkejkna li ftit jiem ilu tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tal-karozza. Il-missier b’dieqa kbira kiteb kemm it-tifla tiegħu ser timmisja l-ħin li kienu jqattgħu ma’ xulxin bintu u Elisa, fejn jumejn biss qabel l-inċident kienet qed tgħum magħha.
Illum għall-ħabta tat-15:30, ser tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejkna Elisa fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż Żebbuġ.