Il-Gvern Taljan approva il-pjan biex il-Kolossew jitpoġġielu art ġdida, u b’hekk il-viżitaturi jkunu jistgħu jirfsu l-post fejn kienu jiġġieldu l-gladjaturi.
Il-Ministru Taljan għall-Kultura, qal li l-art il-ġdida se tkun magħmula mill-injam.
Il-kumpanija prominenti tal-nġinerija Milan Ingegneria ser tkun qed twettaq dan il-proġett b’investiment ta’ €18.5 miljun u mistenni jitlesta sal-2023.