Bdiet l-attività fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li se tara l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista b’diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
Fl-aħħar jumejn saru l-elezzjonijiet li raw numru ta’ ħatriet importanti fi ħdan l-istruttura tal-Partit Laburista wara li 95% tad-delegati Laburisti ħarġu jivvotaw kemm f’Malta u anke f’Għawdex.
Il-Ministru Ian Borg inħatar bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista filwaqt li l-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba nħatar bħala Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit.
Dan filwaqt li Alex Sciberras ġie elett bħala President il-ġdid tal-Partit Laburista u John Grech imbagħad ġie elett bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista.
Segwi: