Nhar is-seba’ ta’ Lulju se jagħlaq it-tender biex ikun jista’ jintgħażel il-kuntrattur li se jwettaq xogħol fuq Binja Buqana.
Erba miljun ewro se jkunu allokati għal xogħolijiet li se jsiru biex tkun tranġata l-binja fl-Imtarfa. Il-Ministru Michael Farrugia fakkar dan meta żar ix-xogħolijiet.
Qal li diġa’ kienu ppublikati tenders għax-xogħolijiet u saret laqgħa mar-residenti tal-binja u mal-perit sabiex il-kuntratturi jkunu jafu eżatt x’se jiġri.
Fost oħrajn se tiżdied l-aċċessibilità permezz ta’ installazzjoni ta’ lift , xogħolijiet fil-komun u f’residenzi privati filwaqt li diġa sar xogħol fil-garaxxijiet biex tissaħħaħ l-istruttura tagħhom.
F’Binja Buqana jgħixu mat-80 familija u dawn ix-xogħolijiet mistennija jitlestew sa’ sena oħra. Il-Ministru Farrugia qal li nħass obbligu morali biex dawn ix-xogholijiet iseħħu. Għalkemm ma kienx hemm obbligu morali biex isir dan.