Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li t-tiswijiet fl-impjant tad-Drenaġġ f’Għawdex ser iseħħu fil-jiem li ġejjin. L-outfall mill-impjant tilef l-aħħar 35 metru minħabba r-rimi llegali fis-sistema tal-korporazzjoni matul is-snin. Dan illimita il-punt tar-rimi tiegħu minn madwar 90 metru għal madwar 40. It-tiswijiet, inkluż setup imtejjeb fl-impjant, se jkunu qed jassiguraw l-aqwa prestazzjoni ambjentali. Barra minn hell, ser jiġi nstallat ukoll diffużur state of the art brevettat reċentement. L-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet se tleħħaq madwar nofs miljun Ewro.
Il-proċess se jibda fil-21 ta ’Awwissu 2019 fil-Boiler Wharf b’tagħmir speċjalizzat ħafna li jiġi mgħobbi fuq il-barka prinċipali li minnha jitwettqu x-xogħlijiet. Ix-xogħol fuq l-outfall se jibda fl-24 ta ‘Awwissu
- se jieħu 10 ijiem biex jitlesta. Id-demobilazzjoni, inkluża d-dekompressjoni għall-għaddasa hija mistennija li tieħu 5 ijiem oħra.
L-operazzjoni se ssir minn 18-il ħaddiem b’ħiliet speċjalizzati inkluż tim ta’ 10 għaddasa barranin.
It-tagħmir jinvolvi barkun motorizzat, barkun ċatt mhux immotorizzat, u support tugboat. Se tiġi mmuntata sistema ta’ saturazzjoni li tiżgura s-sigurtà tal-għaddasa. Dan jinkludi struttura f’għamla ta’ qanpiena li tippermetti lill-għaddasa biex jitilgħu minn fond ta’ madwar 80 metru u jidħlu f’kamra ta’ dekompressjoni. Fuq il-barka ser jitgħabbew ukoll, 3 djar tal-kontejners, 2 ġeneraturi, u tagħmir ieħor għall-għads. L-itqal oġġett huwa l-kamra iperbarika (hyperbaric chamber) li tiżen 18-il tunnellata. It-tagħmir li qed jintuża jiżen madwar 30 tunnellata. Il-hyperbaric chamber se tkun ir-residenza għall-żewġ għaddasa għal madwar 5 ijiem, li fiha jkollhom it-tagħmir kollu tas-sigurtà u l-kumditajiet / disposizzjonijiet bażiċi.
Aktar informazzjoni inkluż filmat esklussiv tal-operazzjoni se tkun disponibbli fil-jiem li ġejjin.
Il-Kap Eżekuttiv tal-WSC Richard Bilocca spjega kif permezz ta’ din l-operazzjoni “Il-Korporazzjoni se tegħleb sfida oħra li ilha biex titwettaq u li se tkompli ttejjeb is-servizzi li toffri, huwa rringrazzja lit-timijiet involuti u lill-awtoritajiet tal-port lokali għall-appoġġ estensiv fil-koordinazzjoni tax-xogħlijiet meħtieġa”.