Mistednin u segwaċi bdew jinġabru fil-kastell ta’ Windsor għat-tieġ Irjali tal-Prinċipessa Eugenie u Jack Brooksbank. 850 persuna mistennija jattendu għaċ-ċerimonja, fosthom il-kantati Robbie Williams, u Ellie Goulding, u l-mudella Cara Delevingne.
Intant, 1,200 membru tal-pubbliku intagħżlu permezz ta’ kompetizzjoni biex ukoll ikunu parti minn din iċ-ċelebrazzjoni.
It-tieġ se jkun imxandar fuq il-midja Ingliża b’numru ta’ programmi speċjali fuq diversi stazzjonijiet.