Clifford Galea diġà ħareġ ktieb bl-isem ta’ ”Nifs, li kważi kissirni” fejn spjega l-esperjenza tiegħu tal-addictions. Tlugħ u nżul, qtiegħ il-qalb u suċċess. Dan il-ktieb kien inbiegħ fit-3 ġimgħat, reġa’ ġie stampat u reġa’ nbiegħ kollu.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/16215051/CLIFFORD_1.jpg)
Din id-darba jmiss li joħroġ it-tieni ktieb, iżda bl-Ingliż. Bl-isem ta’ ‘Defeat is a Temporal Downfall‘, Clifford ikompli jispjega l-battalji ta’ nies li jgħaddu mill-problema ta’ addiction. Għalkemm, huwa sofra l-addiction tad-droga, addictions jinsabu f’diversi forom fosthom xogħol u ikel. Għalkemm is-soċjetà tiġġudika, din titqies xjentifikament bħala marda.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/16215130/CLIFFORD_2-1024x714.jpg)
Clifford ifisser li ma jfissirx li bniedem li jieqaf huwa eroj, għaliex waqgħat ikun hemm diversi. Biss spjega kif dejjem importanti li titkellem ma’ nies viċin tiegħek, affidabbli u nies li huma fil-qasam tal-kura tal-addictions, biex terġa’ tiġbor lilek innifsek. Huwa messaġġ importani li ħadd m’għandu jaħseb li huwa aħjar minn ieħor, għax kapaċi tinduna bl-addictions ġaladarba tgħaddi minnhom. “Illum jien, għada int.” Dan huwa manwal ta’ kuraġġ għal dawk li jsofru minn addictions.
Dan il-ktieb li sar bl-għajnuna tal-FSWS (Fondazzjoni għall-ħarsien tas-servizz soċjali) mistenni joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin u jinstab fil-ħwienet ewlenin.