Għall-ħabta tas-17:45, il-Prim Ministru Robert Abela se jindirizza konferenza tal-aħbarijiet.
Il-konferenza se tkun qed issir fil-berġa ta’ Kastilja.
Intant mal-pubblikazzjoni tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru qal li r-rapport tal-inkjesta jixraqlu li jkollu analiżi matura li tintrefa’ ’l fuq mill-partiġjaniżmu politiku.
Dr Abela qal li r-riformi jridu jkomplu jsiru b’aktar determinazzjoni.