Għaxar snin wara r-rivoluzzjoni fil-Libja kontra r-reġim ta’ Gaddafi u wara li Malta kellha tagħlaq l-ambaxxata f’dan il-pajjiż ġar tagħna, l-Ambaxxatur Malti għal-Libja, Charles Saliba, wasal fi Tripli sabiex jassumi l-irwol tiegħu fil-pajjiż, fl-Ambaxxata ta’ Malta fil-kapitali Libjana.
Fi tweet, kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Libjan Mohammed Al-Giblawi, qal kif l-Ambaxxatur Malti se jkun qed jibda l-ħidma tiegħu, bl-ewwel pass se jkun li jistabbilixxi koperazzjoni ġdida bejn iż-żewġ pajjiżi.
Spjega kif l-Ambaxxatur Malti beda il-ħidma tiegħu fl-uffiċċju tiegħu fil-konsulat, ftit ġimgħat qabel il-ftuħ tal-istess binja, bil-ftuħ uffiċjali se jkun qed isir wara r-Ramadan.