Dalgħodu għall-ħabta tal-10:30am l-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela se jindirizza attività politika fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
L-attività qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE kif ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista.
Għall-ħabta ta’ nofsinhar il-Partit Laburista qed jistieden lill-Pubbliku biex jiltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela waqt il-maratona ġbir ta’ fondi. Din il-maratona għandha għaddejja sas-sitta ta’ filgħaxija.