Fra Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto ġie elett bħala it-80 Gran Mastru tal-Ordni Sovrana ta’ Malta wara li ssejħet elezzjoni minħabba li l-aħħar Gran Mastru, Matthew Festing, irreżenja. Hu rreżenja mill-kariga tiegħu fl-2017. Din ma kinitx normali minħabba l-fatt li s-soltu l-Gran Mastri jibqgħu jokkupaw il-kariga tul ħajjithom kollha. Dalla Torre diġà serva b’mod temporanja minn April 2017.
L-elezzjoni saret bejn 54 membru tal-Kunsill tal-Ordni li ltaqgħu fil-Villa Maġisterjali f’waħda miż-żewġ sede f’Ruma. L-għażla bir-riżultat uffiċjali ntbagħtet lill-Papa Franġisku.
Il-ġurament tal-ħatra tiegħu bħala Gran Mastru quddiem d-delegat speċjali tal-Papa għall-Ordni ta’ Malta se ssir illum.
Il-Gran Mastru Dalla Torre twieled Ruma fl-1944. Gradwa fil-filosofija fl-Universita’ ta’ Ruma, fejn speċjalizza wkoll fl-Arkeoloġija Kristjana u l-Istorja fl-Arti. Dalla Torre daħal fl-Ordni fl-1985, u ħa l-ġurament solenni bħala Kavallier professjonali fl-1993.