Meta kien qed jiftaħ ċentru komunitarju tas-saħħa ġdid f’Ħal Tarxien, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li dalgħodu, tifla ta’ sitt snin mill-Ukrajna bdiet tingħata l-kura għall-kanċer fl-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo.
Dan wara li ċ-ċkejkna waslet Malta lbieraħ waranofsinhar hekk kif ma setgħetx tibqa’ fi Kjiv minħabba l-gwerra.
Din it-tifla hija l-ewwel pazjenta minn fost diversi li se jkunu qed jaslu f’pajjiżna għall-kura hekk kif huma kostretti li jkompli bil-pjan tal-kura tagħhom f’pajjiżhom minħabba l-kriżi preżenti.