Dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima liż-żagħżugħ ta’ 15-il sena, Jake Vella, li ħalla din il-ġimgħa li għaddiet.
Il-quddies saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa qed tiġi ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
Għal din iċ-ċerimonja kien hemm numru sabiħ ta’ nies, li mlew il-Knisja ddedikata lil San Pietru.
Għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu, il-koreo telaq mill-Isptar Mater Dei u miegħu kien hemm numru sabiħ ta’ ċiklisti.
X’ħin il-korteo wasal quddiem il-Knisja ta’ Birżebbuġa, kien hemm jilqgħu kelb tal-K9 mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li sellem lil Jake, flimkien ma’ mijiet ta’ persuni oħra. B’din kien l-ewwel darba li dan ħareġ fil-pubbliku.
F’dan il-ħin ukoll, il-grupp lokali Kantera, flimkien ma’ numru ta’ artisti daqqew barra l-knisja.
F’din iċ-ċelebrazzjoni għall-ħajjet iż-żagħżugħ Jake Vella hemm bosta persuni, fosthom gruppi tal-iscouts u girl guides u bosta attivisti favur l-annimali.
Jake Vella, deskritt bħala eroj u ta’ ispirazzjoni għal eluf f’pajjiżna, inkluż mill-ogħla awtoritajiet fil-pajjiż, Jake wera sens kbir ta’ determinazzjoni u reżiljenza, minkejja l-età tenera tiegħu u minkejja l-marda li ħolqitlu sfidi kbar.
F’kumment esklussiv ma’ ONE News, il-ġenituri ta’ Jake qalu ħadu d-deċiżjoni li wara l-aħħar tislima jiġi kkremat biex jibqa’ “qribhom fid-dar”.
Fl-intervista ma’ ONE News, omm u missier Jake qalu x’lissen fl-aħħar ta’ ħajtu ż-żagħżugħ Jake Vella.