Dalgħodu saret protesta mill-Moviment Graffitti dwar l-iżvilupp propost fis-sit ta’ Villa Rosa, f’San Ġiljan.
Attivisti sostnew li ma jaqblux ma’ dan l-iżvilupp propost, li bħalissa qiegħed miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sadanittant, il-Kunsill Lokali ta’ Pembroke qal li b’deċiżjoni unanimu ddeċieda li ma jieħux sehem f’din il-protesta. Intqal li l-konsultazzjoni għadha fi stadju bikri, bil-Kunsill diġà wera r-riservi tiegħu.