Dalgħodu qed isir l-awtopsja fuq il-katavru li nstab ilbieraħ f’appartament f’Misraħ Dorell f’Santa Luċija.
Sorsi qalulna li l-ġisem huwa ta’ raġel, iżda l-awtopsja se tkun qed tiddentifika l-ġisem li nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.
Kollox jindika li dan kien każ ta’ omiċidju, bil-persuna nstabet fil-banju mgeżwra minn rasha sa saqajha ġo boroż suwed.
Kien ilbieraħ waranofsinhar li l-ġirien rrapurtaw li kien hemm riħa tinten ħierġa mill-appartament u li kienu ilhom ma jaraw il-perusna li tgħix f’dan l-appartament. B’sorsi qalulna li l-ġisem kien ilu bla ħajja għal madwar erbat ijiem.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-każ qegħdin jitmexxew mill-Ispettur Keith Arnaud.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/03/17/bil-filmat-persuna-mejta-fappartament-fsanta-lucija-2/