Transport Malta qalet li t-Tnejn filgħodu, it-Taqsima tal-Infurzar tagħha rrispondiet b’mod rapidu għal 10 kolliżjonijiet u 5 ħsarat ta’ vetturi.
Ġie spjegat kif dawn l-inċidenti fit-toroq seħħew bejn is-sitta u l-għaxra ta’ filgħodu,u li ġew rizolti bejn wieħed u ieħor f’seba’ minuti.
L-inċidenti seħħew f’lokalitajiet differenti madwar Malta u f’ħin qrib xulxin.
Transport Malta qalet li dan qiegħed issir sabiex tiġi żgurata s-sigurtà għal kull min juża t-triq.