Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li llum fl-iskejjel primarji tal-Gvern attendew aktar minn 85% tal-istudenti.
Il-Gvern qal li b’kollox, meta wieħed iżid ukoll l-iskejjel medji u sekondarji, fejn dawn se jiftħu l-Erbgħa u l-Ġimgħa rispettivament, 82.1% tal-istudenti attendew għal-lezzjonijiet jew fil-klassi jew permezz ta’ mezzi virtwali.
Illum reġgħu bdew jattendu fil-klassi t-tfal tal-kindergarten kif ukoll fetħu ċ-childcare centres.