Il-Mexxej spiritwali tat-Tibet, id-Dalai Lama rċieva l-ewwel doża tal-vaċċin tal-coronavirus filwaqt li ħeġġeġ lin-nies biex jitlaqqmu.
L-uffiċjali qalu li d-Dalai Lama kien irreġistra lilu nnifsu biex jitlaqqam.
L-Indja skattat bil-programm ta’ tilqim tagħha fis-16 ta’ Jannar li għadda fejn l-ewwel ma tlaqqmu kienu l-ħaddiema tas-saħħa u dawk il-persuni li huma l-aktar esposti.
Mill-1 ta’ Marzu, madankollu, l-iskema ġiet estiża għal persuni li għandhom aktar minn 60 sena u dawk bejn l-etajiet ta’ 45 u 59 sena b’mard kroniku ieħor.
Waqt li qed jirċievi l-ewwel doża tiegħu, id-Dalai Lama qal li n-nies għandhom jiġu mlaqqma sabiex jipprevjenu problemi oħra serji.