“Insew Kroazja u Ibiza – il-btala li jmiss għandha tkun Malta.” Hekk jgħid it-titlu t’artiklu fuq is-sit Ingliż metro.co.uk bl-artikolista tagħti lista sħiħa ta’ postijiet f’Malta fejn wieħed jista’ jmur, inkluż bajjiet u żoni magħrufa għad-divertiment, inkluż San Ġiljan, il-belt kapitali u x-xeni pittoreski li wieħed jista’ jgawdi l-veduta tal-Port il-Kbir mill-Barrakka ta’ Fuq.
L-artikolista qalet ukoll li għall-kuntrartju ta’ Ibiza, btala f’pajjiżna ma tiswiex ħafna flus u li għall-kuntrarju tal-Kroazja, il-bajjiet Maltin huma ferm isbaħ.
L-artiklu mżewwaq b’ritratti mill-isbaħ minn partijiet differenti ta’ din il-gżira u li ċertament jiswew ta’ reklam tajjeb għal pajjiżna.