Bħalissa għaddejja mewġa ta’ kesħa kbira u silġ f’pajjiżi fil-Punent tal-Ewropa, li qed tikkawża qtugħ ta’ dawl b’mod kostanti u f’ċerti pajjiżi qed taffetwa wkoll s-servizzi tat-trasport pubbliku bil-ferroviji.
Fi Franza, aktar minn 137,000 dar jinsabu bla dawl.
L-istess mewġa ta’ kesħa tinħass sew wkoll fil-Ġermanja, speċjalment fir-reġjun tal-Bavaria. Dil-kesħa f’daqqa madwar l-Ewropa kkawżat il-mewt ta’ 65 persuna f’temp ta’ ftit jiem.
Pajjiżi bħall-Polonja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja u t-Turkija jinsabu friżati bil-kesħa u s-silġ. Ir-riħ u s-silġ li hemm bħalissa fil-Ġermanja wassal ukoll biex il-linja tal-ajru Lufthansa kkanċellat mal-mija ħamsa u għoxrin titjira fl-ajruport ta’ Frankfurt.
Dan filwaqt li ajruporti oħra wkoll qed jintlaqtu minn dan il-maltemp u huma ħafna t-titjiriet li qed isofru dewmien jew saħansitra jkunu kkanċellati.