Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo waqt Business Breakfast saħaq li dak li nitgħallmu l-iskola mhux biżżejjed.
Huwa spjega li jekk irridu nitgħallmu nagħmlu xi ħaġa, rridu napplikaw u nipprattikaw dak li tgħallimna. Huwa propju dan li qed tippromwovi l-Education Plus.
Aċċena dwar il-fatt li jekk is-s0ċjeta’ tikkrolla, ikollna sitwazzjoni fejn jiġu affetwati b’mod negattiv l-impjegabilita’ u l-ekonomija.
“L-esperjenza edukattiva tmur lil hinn mill-ħiliet Matematiċi u lingwistiċi”
Education plus tgħin ż-żgħażagħ jowmu fil-baħar kompetittiv tas-suq globali. Education plus joħloq proġetti li jenfasizzaw fuq ħiliet u valuri li jgħinu biex it-tfal ikollhom ħajja aħjar. Dawn jagħmlu partnerships ma’ nies jew organizazzjonijiet li jidħlu fil-klassijiet u jgħallmu taħrig differenti.
L-istudenti jistgħu jibbenefikaw minn dan in-networking li jinkludi individwi jew għaqdiet minn oqsma differenti tas-soċjeta’.