“Dak li ksibna f’għoxrin sena sparixxa f’minuta.”
Dan kien kliem Hassina Syed, Afgana li telqet mill-Afganistan ilbieraħ u bħalissa tinsab tieħu r-refuġju tagħha fir-Renju Unit.
Waqt intervista esklussiva fil-bullettin tal-aħbarjiet tas-sebgħa u nofs ta’ ONE, l-intraprenditriċi Afgana qalet kif l-Afgani li ħarbu mit-terrur tat-Taliban ħallew kollox warajhom u telqu b’ta’ fuqhom senduqhom.
Hi u tirrakkonta l-aħħar jiem f’pajjiżha qabel it-Taliban ħa l-kontroll tal-Afganistan, qalet kif dawn kienu mument ta’ biża’ b’ħafna nies iddisprati jridu jitilqu minn pajjiżhom.
Hija qalet li fuq l-ajruplan militari Ingliż li evakwa lillha u ċittadini Afgani oħra kien hemm min qabad jibki, filwaqt li s-suldati Ingliżi bdew ifarrġu lil dawk abbord.
Meta mistoqsija dwar l-ewwel messaġġi tat-Taliban, Hassina Syed qalet kif għadu kmieni li wieħed jitkellem dwar x’ser jagħmlu, hekk kif l-affarjiet għadhom iridu jiżviluppaw.
“Iż-żmien biss jista’ jtina parir għaliex ma nafux x’inhu l-futur,” sosniet Syed.
Qalet li d-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan huma kwistjoni importanti ħafna u l-futur tagħhom għadu inċert.