“Dak li jiġri fil-fora Ewropea u Internazzjonali, jaffetwa direttament lin-nies, u b’hekk dak li jiġri fit-tmienja ta’ Ġunju fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, għandu relevanza qawwija.”
Qal dan il-Prim Ministru Robert Abela, waqt il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, fiż-Żejtun.
“Għandu importanza kbira għal dak li huwa livell Ewropew, u għal dak li huwa l-livell internazzjonali. Ftakru, dak kollu li jsir fl-Ewropa, huwa wkoll il-politika tagħna. Ftakru li kull deċiżjoni li tittieħed fuq livell Ewropew, tolqot il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Huwa semma wkoll kif l-ekonomija dinamika u ta’ kwalità għolja f’pajjiżna, hija frott deċiżjonijiet strateġiċi li ttieħdu mill-Gvern Laburista.
“Jirnexxilek ikollok l-iktar ekonomija dinamika fl-Ewropa, għax tieħu deċiżjonijiet u għażliet strateġiċi tajba. Għax tagħti stabbiltà fis-suq fis-suq tal-enerġija, tal-fjuwils, tad-dawl, tal-ilma, tal-gass. Għax tagħżel li tinċentiva minflokk tikkastiga lill-poplu. Fuq kollox, għax ikollok fiduċja f’niesek, fuq in-negozji, fuq il-ħaddiema.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Dr. Abela semma fost l-oħrajn, żjara li għamel f’kumpanija tal-Farmaċewtika, li għażlet li tkompli tinvesti u tkabbar l-operat f’pajjiżna, u b’hekk qed toħloq aktar impjieg ta’ kwalità għall-Maltin u l-Għawdxin.
Robert Abela, tkellem dwar kif quddiem din ir-realta’, l-Oppożizzjoni hija negattiva u distruttiva.
“Inthom, kieku qatt smajtu lill-Oppożizzjoni, lil Bernard Grech, qatt smajtuhom jgħidu xi ħaġa waħda, li hi waħda, pożittiva fuq pajjiżna? Is-suċċess ta’ pajjiżna ma jifiħuhx. Ma jifilħux is-suċċess ta’ pajjizna, jfisser li ma jifiħux is-suċċess ta’ kull wieħed u waħda minnkom.”
il-Prim Ministru Robert Abela
Il-Prim Ministru semma wkoll l-importanza tad-diskussjonijiet qalb il-komunità, li komplu jixprunaw il-bidla. Hawn aċċenna għad-diskussjoni li saret is-Sibt li għadda, b’rabta mar-riformi fil-Qorti tal-familja.
Intant, Dr. Abela, qal kif jekk minflok il-paċi nrewħu l-kunflitt, il-konsegwenzi jbatihom kulħadd, filwaqt li appella għal Unjoni Ewropea b’inqas burokrazija u li tkun sensittiva għall-bżonnijiet tan-nies.
Huwa semma kif fuq livell Ewropew, jitkellem dwar dak li hu tanġibbli f’ħajjet in-nies, li jwassal għal kwalità tal-ħajja aħjar, fosthom il-mediċini u s-suq waħdieni.
“Ġewwa Brussell u anke fi Vjenna aktar qabel, kelli l-opportunità li nibgħat messaġġ ta’ dak li l-poplu Malti jixtieq jara mill-Ewropa. X’nixtieq jien li nara mill-Unjoni Ewropea? Xi rridu? Ewropa li timbotta l-prijoritajiet il-ħżiena, jew Ewropa li tkun qrib in-nies?”
il-Prim Ministru Robert Abela