Abdul Ghani Baradar qed jissemma li jista’ jkun il-President u l-mexxej il-ġdid tal-Afganistan.
Baradar huwa l-laqam li tah Mullah Omar, l-ewwel mexxej tal-Afganistan taħt it-Taliban fl-1996.
Baradar ifisser ħu Mullah u kien id-Deputat President tal-Afganistan sa 20 sena ilu.
Fl-2010 huwa kien inqabad mill-forzi Pakistani waqt rejd filgħodu kmieni f’Karachi fil-Pakistan.
Jingħad li Baradar kien inqabad b’kumbinazzjoni u l-arrest tiegħu kien tħabbar ġimgħa wara.
Fl-2018 huwa kien inħeles minn ħabs fil-Pakistan wara intervent tal-Amerikani.
Fit-tmeninijiet kien iġġieled kontra s-Sovjetiċi fil-Mujahideen bl-appoġġ tal-Amerka f’kuntest tal-Gwerra l-Bierda.
Hu mifhum li wasal lura f’Kandahar mill-Qatar.
Fi Frar tas-sena l-oħra, f’Doha, huwa kien iffirma ftehim li kellu jġib il-paċi fl-Afganistan.
Dan il-ftehim kien iffirmah mar-rappreżentant tal-Istati Uniti.