It-tielet sena konsekuttiva fejn Malta rat tkabbir ekonomiku bla preċedent. It-tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija minkejja l-qalba għall- gass. L-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja minkejja li Gvern Laburista qatt ma żied it-taxxi jew introduċa taxxi ġodda. Dawn huma biss ftit mill-kisbiet li huma l aktar għal qalb il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Huwa qal dan meta kien qed jitħaddet ma numru ta’ negozjanti waqt konferenza reġjonali organizzata mill-kumpanija BDO. Din hija kumpija li toffri l-għajnuna lil kumpaniji madwar id-dinja biex ikomplu jikbru u jesperjenzaw profitt. BDO għandha wkoll rappreżentanza f’Malta.
Mistoqsi dwar x’inhuma l-aktar kisbiet ta’ dan il-gvern li huwa kburi bihom, il-Prim Ministru semma wkoll ċertu sistemi regolattivi ġodda li dan il-gvern fassal għal faxex differenti tan-negozju u l-industrija.
Hawnhekk innota li fost l-oħrajn Malta kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li faslet qafas regolatorju dwar is-settur tal-Blockchain, biex b’hekk żammet u saħħet ir-reputazzjoni bħala l-Gżira tal-Blockchain.
B’dan, Malta uriet li għandha wkoll il-potenzjal li tkun hub regolatorju għas-settur tal-Intelliġenza Artifiċjali, settur ġdid li l-Gvern diġà beda jistudja.
Il-Prim Ministru Muscat innota wkoll li fl-aħħar snin inħolqot flessibiltà fil-qasam tax-xogħol li ffaċilitat il-bilanċ bejn il-karriera u l-ħajja privata ta’ eluf ta’ ħaddiema. L-aktar notevoli fost dawn hemm l-introduzzjoni tas-servizzi ta’ ħarsien tat-tfal mingħajr ħlas, li kienet fost l-aktar skemi innovattivi fl-Ewropa fiż-żmien li ġiet implimentata.