Abbużi sesswali, prostituzzjoni u rigali f’ingotti tad-deheb huma fost l-akkużi li tressqu f’xhieda fil-Parlament Bulgaru fl-aħħar jiem kontra l-Gvern ta’ Boyko Borisov.
Il-gazzetta Kullħadd irrappurtat li riċentament, ir-rivista influwenti ‘The Economist’ kitbet kif il-Prim Ministru Bulgaru qed jaffaċċja allegazzjonijiet imsejħa bħala “bombastiċi”.
Din ir-rivista rrapportat kif negozjant li ma riedx jagħmel dak li riedu jagħmel Borisov, ġie ffilmjat waqt kien qed jiġi abbużat sesswalment. Każ ieħor ġara, hekk kif membru tal-grupp ta’ Borisov, ħallas €2,500 lil mara biex ‘tieħu ħsieb’ lil Boyko Borisov.
Din id-deskrizzjoni ta’ kif allegatament jaħdem il-partit ta’ Borisov, li huwa parti mill-Partit Popolari Ewropew li fih hemm imsieħeb ukoll il-Partit Nazzjonalista, intqalet fix-xhieda tan-negozjant Svetoslav Ilchovsky waqt kumitat Parlamentari li qed jeżamina l-imġiba tal-partit ta’ Borisov, li ilu fit-tmun tal-pajjiż mill-2009.
Dawn l-allegazzjonijiet fuq Borisov u l-klikka tiegħu sabu r-refuġju tal-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola.
Dan hekk kif Metsola fil-Parlament Ewropew ressqet riżoluzzjoni fejn akkużat lill-poplu Bulgaru li pprotesta kontra l-Gvern ta’ Borisov b’affiljazzjoni mafjuża.
Dan wassal għar-rabja tad-dimostranti Bulgari, li laqqmu lil Metsola bħala “Mrs Mafia”.
Dawn id-double standards min-naħa tal-familja politika msieħeb fiha l-Partit Nazzjonalista ġew innutati mill-Viċi President tal-Parlament Ewropew Katarina Barley, f’intervista ma’ ONE News fil-jiem li għaddew.
Barley stqarret,“We have always voted in favour of all of the resolutions to strengthen the rule of law, if they concern S&D governments or not, Social and Democratic government or not. That it is completely different to the European People’s Party, if it’s their government they do not recognise the problems. For example, in Bulgaria and I think that’s the wrong approach. We have to stand for the rule of law everywhere in all countries and that’s what we do as the Social Democrats.”
Fl-aħħar ġimgħat ukoll, ONE News kien il-Bulgarija u tkellem ma’ żewġ attivisti, li llum huma membri parlamentari.
Huma tkellmu dwar kemm huma rrabjati għall-aġir ta’ Roberta Metsola.
Dawn sostnew li Metsola gidbet meta qalet li d-dimostranti li protestaw b’mod paċifiku għat-tisħiħ tad-demokrazija u tas-saltna tad-dritt u favur il-governanza t-tajba, huma ffinanzjati mill-mafja.
L-attivisti Bulgari li tkellmu fl-aħħar ġimgħat b’mod esklussiv ma’ ONE News qalu li jistennew apoloġija minn Metsola u nnutaw li l-Ewro-Parlamentari Nazzjonalista taħdem bl-għamad politiku.