Dalgħodu l-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-ilma Joe Mizzi żar ix-xogħolijiet fuq is-solar farms tal-Fiddien, limiti tar-Rabat, li se jkunu qed jibbenefikaw minnhom madwar 370 familja. Aktar kmieni din is-sena, dawn il-familji applikaw għall-iskema maħruġa mill-Gvern.L-iskema kienet miftuħa għall-familji li m’għandhomx bejt, u għalhekk ma kienx possibbli għalihom li jinvestu fil-pannelli solari. Permezz ta’ dan il-proġett ser jkunu qed jitnaqqsu 600 elf tunnelata ta’ emmissjonijiet.
Il-proġett mistenni jkun lest f’Ottubru li ġej iżda l-applikanti se jibdew jibbenefikaw mir-roħs fil-kontijiet minn Awwissu.
Bħalissa l-Gvern qed jidentifika postijiet oħra, fosthom anke barrieri li huma bla użu, biex jagħmel iżjed proġetti bħal dawn.