- Transport Malta ilha mill-2008 ma toħroġ liċenzja għal parkers ġodda
- 53 car park attendant li jattendu 30 sit
- Mill bidu tas-sena 29 rapport ta’ fittaġni fir-rigward ta’ ħlas
Transport Malta bħalissa qed tistenna l-eżitu ta’ investigazzjoni wara li parking attendant allegatament ġie fl-idejn ma’ Ingliż ta’ 59 sena f’Buġibba. Sakemm dan isir, ir-raġel kien sospiż. Iżda, xi tgergira dwar parker ma smajnijiex darba u tnejn.
Janice Bartolo tkellmet ma’ Vince Micallef Pule’ dwar is-sitwazzjoni. Fisser kif il-liċenzja tiġġedded darba fis-sena, u l-uniku kriterju biex din tiġġedded hija kondotta nadifa. Micallef Pule’ qal li l-pubbliku mhux obbligat li jagħti tips lill-attendant. U l-attendant mhux imħallas, la minn Transport Malta u la minn ħadd.
Għalkemm ma jonqsux ir-rapport li attendant ikun insista li jitħallas. Transport Malta mhux biss tinvestiga dawn ir-rapporti, imma għandha nies li jagħmlu ronda kontinwa. Joħorġu uffiċjali tal-inforzar liebsin pajżana, li jagħmluha tlieta, erba’ darbiet fil-ġimgħa. Kien hemm tnetattivi li s-sitema tinbidel fl-2012, fejn kien hemm tentattivi biex parkeġġi jiġu privatizzati. Illum hemm ħsieb li tinħoloq parking policy. Din hija parti minn laqat li qed isiru fil-kuntest ta’ parking policy ħolistika. Għahdom fuq livell ministerjali.
https://www.youtube.com/watch?v=sOUhyBhKG0w